
IF YOU MISSED THE ALPS 28TH ANNIVERSARY REUNION ON 24TH SEPTEMBER 2022
ALPS WOULD STILL APPRECIATE ANY CONTRIBUTION THAT YOU MAY OFFER.
THIS CAN BE MADE :
EITHER
1. BY REVOLUT SYSTEM through ALPS Council member (stating your membership number) Carlo Farrugia – mobile to mobile +356 9945 3434,
Email: carlo@carlofarrugia.com. Skype: carlo.farrugia1
OR
2. Via E-banking, details of our Bank of Valletta account as follows:
ALPS account number 40017112381/IBAN MT96VALL22013000000040017112381
OR
3. By Cheque made payable to ALPS; but cannot be less that the bank’s permitted amount €21.
THANKS FOR YOUR GENEROSITY TOWARDS THE ASSOCIATION OF LYCEUM PAST STUDENTS.
—
Gheziez…Mons. Law Gatt…Rev Dr. Nicholas Doublet, membri… w’hbieb ….tal-ALPS,
Erganja ‘ llum iltqajna flimkien . Wara assenza ta’ tliet snin mill-ahhar reunion fl-2019,
u wara li ahna lkoll ghaddejna zmien t’ izolament u separazzjoni minn xulxin, illum…..
ninsabu ghawnhekk flimkien ghal dan ir-REUNION fl’2022.
Qed nibdew naraw tghanniq bejn il-hbieb kif ukoll dahq u tbissim ta’ ferh.
Qed niftakru fiz-zmien li ‘ntlilef minn hajjitna bil-lock-down u… qed ukoll nuru dispjacir
ghal dawk shabna li hallew din-dinja waqt li konna ninsabu izolati minn ma xulxin.
Illum, qieghdin hawn nifirhu flimkien wara celebrazzjoni mill-isbah fil-knisja tal-Gizwiti
kif ukoll omelija tant addattata mir-Rev Dr. Nicholas Doublet, li ghogbu jilqa l-istedina
tal-ALPS, sabiex flimkien ma Mons. Law Gatt, , gentilment ikkoncelebraw ghalina……
quddiesa ta’ ringrazzjament. B’hekk, stajna nhossuna li rgajna bil-mod il-mod qed nersqu
lejn dinja reali. Nispera li nibqaw ghaddejjin f’din l-atmosfera ta’ hbiberija. Sa minn meta
konna l-LICEO, ( ghawn forsi xi whud minnkhom li jiftakru sewwa dan il-post fejn ninsabu
‘llum u li qattaw xi snin fil-klassijiet ta dan il-LYCEUM gewwa l-Belt Valletta) il-hbiberija ta
bejnietna ex-studenti tal-Liceo….. ma naqset qatt….anzi kompliet tissahhah grazzi ghat-teachers
dedikati li kienu jghallmuna u li stinkaw sabiex inisslu gewwa fina principji sinciera u li bqajna
ngorru maghna sal-gurnata tal-lum.
.
Issa, wara li bosta minna ‘rcevejna t-tilqim necessarju kontra l-Covid-19 u, sahansitra bdejna
nwarrbu l-maskra minn ma wiccna, qed nergaw naraw l-ucuh ta’ xulxin bi tbissima u bil-ferh li
jixghel specjalment f’din l-okkazzjoni tal-lejla……….
Ghaddew sewwa sew , 28 sena mit-twaqqif tal-ASSOCIATION OF LYCEUM PAST STUDENTS,
Zmienijiet tant sbieh li gabuna flimkien minn kull rokna ta’ Malta w’Ghawdex, sabiex infakkru..
w’niftakru u naqsmu bejnietna memorji mill-passat tal-hajja taghna.
Ghawn mhin forsi jghidli minn fostkhom, jien tlift persuna ghaziza hafna waqt il-pandemija. Ghawn
mhin ghalkemm ma jinstabx ghawn maghna minhabba ragunijiet ta’ sahha, ma setax jattendi izda xorta
wahda qieghed jigi mfakkar waqt din-serata sabiha. Ahna tal-ALPS ma ninsew lill-hadd……Noffru talb
ghal dawk li hallewna kif ukoll ghal dawk li bhalissa jinsabu morda, jew l- isptar, jew inkella go xi home…….
Il-fatt li qieghed nara gemgha tant numeruza quddiemi, timlieni b’kuragg kbir, ghax nifhem li-GHAQDA
EX-STUDENTI LICEO, qieghda ‘sservi ta’ kenn kbir u ta’ spalla ghalikhom ilkoll li bqajtu thobbu l-LICEO.
Flimkien man-nisa w’hbieb taghkhom, gejtu taghtuna appogg u turu solidarjeta mhux biss mal-ALPS, izda
wkoll bejnietkhom u ma dawk anqas ixxurtjati…………. li forsi xtaqu jkunu ghawn maghna izda ma setawx.
Hbieb tieghi, L-Association li inthom tant thobbu, ‘llum ticcelebra ‘t’28 sena mit-twaqqif taghha. Bejn
l-1994 u l-2002, il-mahbub fundatur President taghna Dr. Guido Saliba, b’ghaqal kbir u diterminazzjoni,
mexxa l-ALPS. Wara mewtu, jiena komplejt bit-tmexxija, w’nispera li kienet, u ghada, ta’ sodisfazzjon ghalikhom.
Issa, hbieb tieghi wara dawn is-snin kollha bhala President, inhoss il-htiega li nahsbu ghal -gejjieni, sabiex warajna
……….jkun hemm idejn sodi ‘mhejjija biex jiehdu t-tmun u jkomplu bit-tmexxija tal-ALPS.
Jien, flimkien ma shabi kollha fil-kunsill amministrattiv attwali, qieghdin nikbru w’ghalhekk, ikun sewwa w-xieraq
li nibdew nghaddu t-tmexxija tal-ALPS, f-idejn nies ta’ eta’ izghar, b-aktar energija, b’aktar skop li jhajru membri
godda jinghaqdu fl-ASSOCIATION OF LYCEUM PAST STUDENTS.
Jiena il-President, flimkien mas-Segretarju Generali Alex Borg, it-Tezorier David Abela u l-membru l-ohra fil-kunsill
Amministrattiv, inwieghdukhom li se nibqaw hemm biex inrawwmu w’nghinu il- membri ta’ kunsill gdid. Inhajjarkhom
minn issa, li tibdew tahsbu, sabiex tivvutaw ghalihom meta jasal l-Annual General Meeting tal-ALPS, li normalment
isir fi Frar ta’ kull sena. Jekk Alla jrid, nibghatulkhom kull taghrif mehtieg aktar il-quddiem.
Minhabba l-pandemija f’dawn l-ahhar sentejn………L’ALPS ma kelliex ic-cans li torganizza l-ebda FUND RAISING……
Pero…. mil-mizati li inthom stess thallsu ta’ kull sena ( ghawn nixtieq infakkar il-dawk li ghad iridu jibghatu xi hlasijiet
sabiex ma jinsewx jibghatuhom lit-Tezorier David Abela..) illum….. ridna norganizzaw dan ir-REUNION b’ringrazzjament
lilkhom ilkoll tas-solidarjeta li dejjem turu mal-ALPS……. Tkun verament apprezzata kull donation li tistaw taghtuna ‘llum.
meta shabi Alex u David ser jersqu lejkhom….sabiex jaccettaw dak li jghogobkhom taghtu lill-ALPS. Irridu jekk jista jkun….
nifdu xi ftit mill-ispejjes ta din is-serata tal-lum….Jiena ninsab fiducjus li inthom lkoll tkomplu turu ko-operazzjoni mal-ALPS.
U issa membri w’hbieb tal-ALPS, irrid nixtieqilkhom lejla sabiha u memorabbli. Hudu pjacir u ifirhu maghna u ma xulxin.
Nawgura, li din ir-REUNION li tfakkar it-28 sena mit-twaqqif tal-ALPS, se thalli memorji sbieh fikhom.
Shabna fil-kunsill, Milo Vassallo mill- Canada kif ukoll Oreste Aquilina mill-Awstralja jinghaqdu mieghi u naghtukhom l-isbah
xewqat ghal sahha ………w’paci……………. lilkhom u lill familjari taghkhom kollha.
Grazzi hafna
George Stagno Navarra